26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-340/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/73/KE - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali u promozzjoni - Kundizzjonijiet ta' l-impjieg - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 107/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u M. van Beek, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 269, p. 15)
Dispożittiv
1)
Billi m'adottax, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/73/KE, tat-23 ta' Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy