5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-341/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/48/KE - Osservanza tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 171/18)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentant: A. Kruse, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45 u — rettifikattiv — ĠU L 195, p. 16)
Dispożittiv
1)
Billi m'adottax il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE, tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu skond din id-Direttiva.
2)
Ir-Renju ta' l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy