8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-342/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/91/KE - Politika dwar l-enerġija - Ekonomija fl-enerġija - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 64/18)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u M. B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/91/KE, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini (ĠU L 1, p. 65)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/91/KE, tas-16 ta' Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 8.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy