16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Turgay Semen vs Deutsche Tamoil GmbH
(Kawża C-348/07) (1)
(Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17 - Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom - Terminazzjoni tal-kuntratt - Dritt għal indennizz - Determinazzjoni tal-ammont tal-indennizz)
2009/C 113/14
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Turgay Semen
Konvenuta: Deutsche Tamoil GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU L 382, p. 17) — Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz wara t-terminazzjoni tal-kuntratt — Determinazzjoni tal-ammont ta’ dan l-indennizz fil-każ fejn il-benefiċċji tal-prinċipal, li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet mal-klijenti miġjuba mill-aġent kummerċjali, jeċċedu t-telf ta’ kummissjoni ta’ dan tal-aħħar
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/CEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix li d-dritt għal indennizz tal-aġent kummerċjali jkun limitat awtomatikament mit-telf ta’ kummissjoni tiegħu li jirriżulta mit-terminazzjoni tar-relazzjoni kuntrattwali, anki meta l-benefiċċji li jgawdi l-prinċipal għandhom ikunu kkunsidrati bħala ogħla.
2)
L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn il-prinċipal jappartjeni għal grupp ta’ kumpanniji, il-benefiċċji miksuba mill-kumpanniji tal-imsemmi grupp, fil-prinċipju, mhumiex meqjusa bħala li jagħmlu parti mill-benefiċċji tal-prinċipal u, għaldaqstant, m’għandhomx neċessarjament jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tad-dritt għal indennizz tal-aġent kummerċjali.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007
Full & Egal Universal Law Academy