21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — Il-Portugall) — Sopropé — Organizações de Calçado, Lda vs Fazenda Pública
(Kawża C-349/07) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża - Irkupru a posteriori tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni)
(2009/C 44/25)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sopropé — Organizações de Calçado, Lda
Konvenuta: Fazenda Pública
fil-preżenza ta': Ministério público
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju, u mal-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża, ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' proċedura amministrattiva fiskali dwar it-termini għall-eżerċizzju tad-dritt għal smigħ ta' persuna taxxabbli — Proċedura amminstrattiva għall-ħlas a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni ta' merkanzija li ġejja mil-Lvant Imbiegħed
Dispożittiv
1)
F'dak li jirrigwarda l-irkupru ta' dejn doganali għall-finijiet li jsir l-irkupru a posteriori ta' dazji doganali fuq l-importazzjoni, terminu ta' bejn tmint ijiem u ħmistax-il jum mogħti lill-importatur issuspettat li wettaq ksur tar-regoli doganali sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu huwa bħala regola konformi mar-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju.
2)
Hija l-qorti nazzjonali adita li għandha tiddetermina, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, jekk it-terminu effettivament mogħti lil dan l-importatur ippermettilux li jinstema' b'mod effettiv mill-awtoritajiet doganali.
3)
Barra minn hekk, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika jekk, fid-dawl tat-terminu li għadda bejn il-mument li fih l-amministrazzjoni kkonċernata rċeviet l-osservazzjonijiet tal-importatur u d-data li fiha ħadet id-deċiżjoni tagħha, huwiex possibbli jew le li jiġi kkunsidrat li hija ħadet debitament inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet li kienu ntbagħtulha.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy