1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Landessozialgericht – il-Ġermanja) Kattner Stahlbau GmbH vs Maschinenbau- und Metall- Berufsgenossenschaft
(Kawża C-C-350/07) (1)
(Kompetizzjoni - Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE - Affiljazzjoni obbligatorja ma’ korp li jipprovdi assigurazzjoni kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol - Kunċett ta’ “impriża” - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 49 KE u 50 KE - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Riskju ta’ ħsara serja għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali)
2009/C 102/07
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sächsisches Landessozialgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kattner Stahlbau GmbH
Konvenuta: Maschinenbau- und Metall- Berufsgenossenschaft
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Sächsischen Landessozialgerichts – Interpretazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE, kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt Komunitarju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema li tipprovdi assigurazzjoni obbligatorja kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol, komposta minn diversi assoċjazzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ inċidenti fuq ix-xogħol (“Berufsgenossenschaft”) u li timponi fuq l-impriżi affiljazzjoni obbligatorja mal-assoċjazzjoni li għandha l-kompetenza territorjali u dik fil-qasam tax-xogħol – Klassifikazzjoni bħala “impriża” fis-sens ta’ l-Artikoli 81 u 82 KE ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ inċidenti fuq ix-xogħol, li jistgħu jiffissaw l-ammont tal-kontribuzzjonijiet b’mod awtonomu mingħajr ma hemm limitu massimu stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 81 KE u 82 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp bħall-assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li magħha l-impriżi ta’ qasam ta’ attività u ta’ territorju speċifiku għandhom l-obbligu li jkunu affiljati miegħu skont l-assigurazzjoni kontra inċidenti u mard fuq ix-xogħol, ma jikkostitwixxix impriża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet iżda għandu funzjoni ta’ natura esklużivament soċjali b’mod li dan il-korp jaħdem fil-kuntest ta’ sistema li timplementa l-prinċipju tas-solidarjetà u li din is-sistema hija suġġetta għall-kontroll tal-Istat, li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverfika.
2)
L-Artikoli 49 KE u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-impriżi ta’ qasam ta’ attivita u ta’ territorju speċifiku għandhom l-obbligu li jkunu affiljati ma’ korp bħall-assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm din is-sistema ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li jassigura bilanċ finanzjarju ta’ qasam tas-sigurtà soċjali, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy