7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris — Franza) — Kip Europe SA, Kip (UK) Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH (C-362/07), Hewlett Packard International SARL (C-363/07) vs Administration des douanes — Direction Générale des douanes et droits indirects
(Kawżi magħquda C-362/07 u C-363/07) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifika tat-tariffi - Apparat multifunzjonali - Apparat magħmul minn modulu għall-istampar lejżer u minn modulu ta' skanjar, b'funzjoni ta' fotokopjatur - Intestatura 8471 - Intestatura 9009)
(2009/C 32/10)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d'instance du VIIème arrondissement de Paris — Franza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kip Europe SA, Kip (UK) Ltd, Caretrex Logistiek BV, Utax GmbH (C-362/07), Hewlett Packard International SARL (C-363/07)
Konvenuta: Administration des douanes — Direction Générale des douanes et droits indirects
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d'Instance du VIIeme arrondissement de Paris (Franza) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, p. 1) fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, u l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 400/2006, tat-8 ta' Marzu 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 70, p. 9) — Apparat multifunzjonali magħmul mill-assemblaġġ ta' modulu lejżer printer, ta' modulu scanner u ta' modulu kompjuter — Klassifikazzjoni taħt l-intestatura tat-tariffi 8471 60 40 (Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data) fuq il-bażi tar-regola ġenerali tal-interpretazzjoni tan-NM 3b) (funzjoni ta' stampar li tagħti lill-magna l-“karatteristiċi essenzjali”) jew taħt l-intestatura 9009 12 00 (Apparat għal fotokopjar) skont in-nota 5 E tal-Kapitolu 84 tan-NM (apparat li jwettaq b'mod awtonomu funzjoni speċifika — l-ikkupjar — differenti mill-ipproċessar tad-data).
Dispożittiv
1)
In-nota 5 E tal-kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li jwettaq “funzjoni speċifika [oħra] minbarra l-ipproċessar ta' data” biss dak l-apparat li jinkorpora magna awtomatika għall-ipproċessar ta' data jew li jaħdem flimkien ma' magna bħal din, li l-funzjoni tiegħu ma jkollhiex x'taqsam mal-ipproċessar ta' data.
2)
Jekk il-funzjoni ta' fotokopjatur li jwettaq l-apparat inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija sekondarja meta mqabbla mal-funzjonijiet ta' stampar u ta' skanjar, huwa għandu jkun ikkunsidrat bħala unitajiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar ta' data fis-sens tan-nota 5 B tal-kapitolu 84 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1719/2005, unitajiet li, skont in-nota 5 C ta' dan il-kapitolu, jekk huma ppreżentati separatament, jaqgħu taħt l-intestatura 8471 ta' din in-nomenklatura. F'każ bħal dan, is-subintestatura rilevanti għandha tkun stabbilita skont in-nota 3 tat-Taqsima XVI tal-imsemmija nomenklatura. Min-naħa l-oħra, jekk l-importanza ta' din il-funzjoni ta' fotokopjatur hija ekwivalenti għal dik taż-żewġ funzjonijiet l-oħra, dan l-apparat għandu jkun ikklassifikat, skont il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali, għall-interpretazzjoni ta' din l-istess nomenklatura, taħt l-intestatura li tikkorrispondi mal-modulu li jagħti lill-imsemmi apparat il-karattru essenzjali tiegħu. Jekk ikun impossibbli li dan jiġi stabbilit, huwa għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 9009 skont il-punt 3(ċ), tar-regoli ġenerali.
3)
L-eżami tal-ħames domandi ma żvela ebda element li jista' jaffettwa l-validità tal-punt 4 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 400/2006, tat-8 ta' Marzu 2006, dwar il-klassifikazzjoni ta' xi oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda.
(1) ĠU C 289, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy