22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-25 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-368/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/59/KE - Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija - Nuqqas ta' adozzjoni u ta' implementazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament tal-iskart għall-portijiet kollha)
(2008/C 301/18)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u E. Montaguti, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent, G. Fiengo u F. Arena, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81)
Dispożittiv
1)
Billi tonqos li telabora u tadotta, għal kull port Taljan, pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament tal-iskart, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi li għandha bis-saħħa tal-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007.
Full & Egal Universal Law Academy