29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-369/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 228 KE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma ta’ ħlas f’daqqa”)
2009/C 205/05
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini, I. Hadjiyiannis u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u P. Mylonopoulos, aġenti, V. Christianos u P. Anestis, dikigoroi)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2005 fil-Kawża C-415/03 — Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways (ĠU L 132, p.1) — Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri għall-irkupru ta’ għajnuna li hija inkompatibbli mat-Trattat kif ukoll għajnuna li ġiet mogħtija b’mod illegali — Talba sabiex jiġu stabbiliti pagamenti ta’ penalità
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, il-miżuri li jwasslu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-415/03) li tikkonċerna r-rimbors tal-għajnuna kkunsidrata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/372/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lil Olympic Airways, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-deċiżjoni u taħt l-Artikolu 228(1) KE.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi propji tal-Komunità Ewropea”, pagamenti ta’ penalità għal ammont ta’ EUR 16 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, minn xahar wara li tingħata din is-sentenza sal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005.
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, somma ta’ ħlas f’daqqa ta’ EUR 2 miljun.
4)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007
Full & Egal Universal Law Academy