21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-370/07) (1)
(Rikors għal annullament - Determinazzjoni ta’ pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem il-Komunità f’korp stabbilit minn ftehim - Obbligu ta’ motivazzjoni - Indikazzjoni tal-bażi legali - L-14-il sessjoni tal-Konferenza tal-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġi mhedda b’Estinzjoni (CITES)
2009/C 282/05
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Zadra, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Jacqué, F. Florindo Gijón u K. Michoel, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u I. Rao, aġenti u D. Wyatt, QC)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-24 ta’ Mejju 2007, li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ ċerti proposti mressqa fl-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi ta’ Fawna u Flora selvaġġi mhedda b’estinzjoni (CITES) organizzata fl-Aja (l-Olanda) mit-3 sal-15 ta’ Ġunju 2007 — Għażla tal-bażi legali.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-24 ta’ Mejju 2007, li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem il-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ ċerti proposti li ġew diskussi fl-14-il sessjoni tal-Konferenza tal-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi ta’ Fawna u Flora selvaġġi mhedda b’estinzjoni (CITES), organizzata fl-Aja (l-Olanda), mit-3 sal-15 ta’ Ġunju 2007, hija annullata.
(2)
L-effetti tad-deċiżjoni annullata għandhom jibqgħu fis-seħħ.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(4)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 223, 22.9.2007
Full & Egal Universal Law Academy