12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Interseroh Dienstleistungs GmbH, Vfw GmbH, Landbell AG für Rückhol-Systeme, BellandVision GmbH
(Kawża C-385/09 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ imballaġġi użati fil-Ġermanja - Logo “Der Grüne Punkt” - Dritt dovut skont il-kuntratt għall-użu tal-logo - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Dritt esklużiv ta’ proprjetarju ta’ trade mark - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva - Artikoli 58 u 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2009/C 220/03
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Wagner u B. Meyring, Rechtsanwälte)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u R. Sauer, aġenti), Vfw GmbH (rappreżentant: H. Wissel, Rechtsanwalt), Landbell AG für Rückhol-Systeme (rappreżentanti: A. Rinne u M. Westrup, Rechtsanwälte), BellandVision GmbH (rappreżentanti: A. Rinne u M. Westrup, Rechtsanwälte)
Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Interseroh Dienstleistungs GmbH (rappreżentanti: M. W. Pauly, A. Oexle u J. Kempkes, Rechtsanwälte)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-24 ta’ Mejju 2007, fil-Kawża T-151/01, Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/463/KE, tal-20 ta’ April 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE (Każ COMP D3/34493 — DSD) (ĠU L 166, p. 1) — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ mballaġġi kkumerċjalizzati fil-Ġermanja u li għandhom il-logo “Der Grüne Punkt”
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-istanza preżenti sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet, minn Intersoh Dienstleistungs GmbH, minn Vfw GmbH, minn Landbell AG für Rückhol-Systeme u minn BellandVision GmbH.
(1) ĠU C 269 10.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy