7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Ancona — l-Italja) — MI. VER Srl, Daniele Antonelli vs Provincia di Macerata
(Kawża C-387/07) (1)
(Skart - Kunċett ta' “ħażna temporanja’ - Direttiva 75/442/KEE - Deċiżjoni 2000/532/KE - Possibiltà li jitħallat skart li jikkorrispondi għal kodiċijiet differenti - Kunċett ta' “ippakkjar imħallat’)
(2009/C 32/12)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Ancona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MI. VER Srl, Daniele Antonelli
Konvenuta: Provincia di Macerata
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Ancona — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, p. 3) — Kunċett ta' ħażna temporanja — Fakultà tal-produttur li jħallat flimkien tipi differenti ta' skart li jaqgħu taħt kodiċijiet differenti tal-Katalgu Ewropew ta' Skart previst mid-Deċiżjoni 2000/532/KE.
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' Settembru 2003, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ma jipprekludux lill-produttur tal-iskart milli jħallat skart li jikkorrispondi għal kodiċijiet differenti fil-lista annessa mad-Deċiżjoni 2000/532 matul iż-żmien ta' ħażna temporanja tiegħu, sakemm isir il-ġbir, fil-lok fejn ikun prodott. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jobbligaw lill-produttur tal-iskart jagħżlu u jaħżnu separatament matul iż-żmien tal-ħażna temporanja sakemm isir il-ġbir, fil-lok fejn ikun prodott, billi juża għal dan il-għan il-kodiċijiet tal-imsemmija lista, jekk iqisu li tali miżuri huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003.
2)
Peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tirripproduċi l-lista tal-iskart annessa mad-Deċiżjoni 2000/532, il-kodiċi 15 01 06 li jikkorrispondi għall-“iskart imħallat” jista' jintuża biex jidentifika l-iskart kompost minn ippakkjar ta' materjali differenti miġbura flimkien.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy