30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-390/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament ta’ ilma urban mormi - Artikoli 3(1) u (2) u 5(1) sa (3) u (5), u Annessi I u II - Nuqqas ta’ identifikazzjoni inizjali ta’ żoni sensittivi - Kunċett ta’ “ewtrofikazzjoni” - Kriterji - Oneru tal-prova - Data rilevanti għall-eżami tal-elementi probatorji - Implementazzjoni tal-obbligi ta’ ġbir - Implementazzjoni ta’ trattament iktar rigoruż tal-iskariki fiż-żoni sensittivi)
2010/C 24/05
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u H. van Vliet, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Gibbs u V. Jackson, aġenti, D. Anderson QC u S. Ford, Barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 3(1) u (2), 5(1), (2), (3) u (5) u Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Nuqqas li jiġu identifikati ċerti żoni li kellhom jiġu identifikati bħala żoni sensittivi għall-ewtrofikazzjoni u nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ trattament iktar rigoruż tal-iskariki ta’ ilmijiet urbani residwi ta’ agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ 10 000 fiż-żoni sensittivi jew li kellhom jiġu identifikati bħala sensittivi
Dispożittiv
(1)
Billi naqas milli jissuġġetta għal trattament iktar rigoruż l-iskariki ta’ ilma urban mormi li joriġinaw minn Craigavon (impjanti ta’ trattament ta’ Ballynacor u Bullay’s Hill) kif ukoll ta’ Magherafelt, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
(4)
Ir-Repubblika Portuġiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007
Full & Egal Universal Law Academy