21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-392/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/19/KE - Sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 158/11)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: R. Lyal, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE, tas-17 ta' Frar 2005, li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambji ta' ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 58, p. 19)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE, tas-17 ta' Frar 2005, li temenda d-Direttiva 90/434/KEE dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' l-attivi u l-iskambji ta' l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta' Stati Membri differenti, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy