4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2009 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża magħquda C-393/07 u C-9/08) (1)
(Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju 2007 dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ Beniamino Donnici - Membru tal-Parlament Ewropew - Verifika tal-kredenzjali ta’ membru tal-Parlament - Ħatra ta’ Membru li tirriżulta mir-rinunzja ta’ kandidati - Artikoli 6 u 12 tal-Att tal-1976)
2009/C 153/11
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, R. Adam, aġenti, P. Gentili, avvocato dello Stato) (C-393/07)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja
Rikorrent: Beniamino Donnici, (rappreżentanti: M. Sanino, G. M. Roberti, I. Perego u P. Salvatore, avvocati) (C-9/08)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana
Kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz, L. Visaggio, aġenti, E. Cannizzaro, professur)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Achille Occhetto, (rappreżentanti: P. De Caterini u F. Paola, avvocati)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew P6_TA-PROV(2007)0209, tal-24 ta’ Mejju 2007, dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ Beniamino Donnici [2007/2121(REG)], innotifikata fit-28 ta’ Mejju 2007 — Membru tal-Parlament Ewropew — Verika tal-kredenzjali — Ħatra ta’ Membru tal-Parlament Ewropew li tirriżulta mir-rinunzja ta’ kandidati
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2007/2121 (REG), tal-24 ta’ Mejju 2007, dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ Beniamino Donnici, hija annullata.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż inkorsi minn B. Donnici kif ukoll dawk inkorsi mir-Repubblika Taljana inkwantu rikorrenti.
3)
Ir-Repubblika Taljana inkwantu intervenjenti, ir-Repubblika tal-Latvja u A. Occhetto għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 247, 20.10.2007
Full & Egal Universal Law Academy