29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-397/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Kumpanniji kapitali - Direttiva 69/335/KEE - Artikoli 2(1), 2(3), 4(1) u 4(7) - Dazju kapitali - Eżenzjoni - Kundizzjonijiet - Trasferiment taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor - Dazju kapitali fuq il-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fi Stat Membru permezz ta’ fergħat jew ta’ stabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor)
2009/C 205/06
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u M. Afonso, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz u M. Muñoz Pérez, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat sa fejn il-kumpannija kkonċernata mhijiex suġġetta għal dazju kapitali fl-Istat Membru ta’ oriġini — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet obbligatorji.
Dispożittiv
1)
Ir-Renju ta’ Spanja:
—
billi ssuġġetta għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 96 tat-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-verżjoni kkonsolidata tal-Liġi dwar it-taxxa tal-kumpanniji (Disposición Adicional Segunda del texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades), approvata bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 4/2004, tal-5 ta’ Marzu 2004, l-eżenzjoni mid-dazju kapitali tal-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-9 ta’ April 1973, 73/80/KEE, tad-9 ta’ April 1973, u 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985,
—
billi ssuġġetta għad-dazju kapitali t-trasferiment, minn Stat Membru lejn Spanja, taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanniji kapitali li ma kinux suġġetti għal dazju simili fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, u
—
billi ssuġġetta għad-dazju kapitali l-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fit-territorju Spanjol permezz tal-fergħat jew tal-istabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru li ma japplikax dazju simili,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttivi 73/99, 73/80 u 85/303.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy