4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2009 — Waterford Wedgwood plc vs Assembled Investments (Proprietary) Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-398/07 P) (1)
(Appelli - Trade Mark Komunitarja - Trade mark figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja WATERFORD - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell)
2009/C 153/12
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Waterford Wedgwood plc (rappreżentant: J. Pagenberg, Rechtsanwalt)
Appellati: Assembled Investments (Proprietary) Ltd (rappreżentanti: P. Hagman, asianajaja u J. Palm, tavaramerkkiasiamies), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2007, Assembled Investments (Proprietary) vs UASI u Waterford Wedgwood (T-105/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni R 240/2004-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Diċembru 2004, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “WATERFORD” għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11, 21, 23 u 34
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Waterford Wedgwood plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007
Full & Egal Universal Law Academy