24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof) — Metherma GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Düsseldorf
(Kawża C-403/07) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8101 u 8102 - Tkissir u tfarrik ta' biċċiet u vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu “magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana’ - Tungstenu u molibdenu mhux maħdumin, inklużi l-biċċiet u l-vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana - Skart u fdal)
(2009/C 19/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Metherma GmbH & Co.KG
Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, p. 1) — Bidla ta' klassifikazzjoni tariffarja għal biċċiet u vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tagħha applikabbli matul is-sena 2001, jiġifieri dik li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-13 ta' Ottubru 2000, li jemenda l-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-biċċiet u l-vireg tat-tungstenu jew tal-molibdenu “magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana” jaqgħu taħt is-subintestaturi 8101 91 10 u 8102 91 10, rispettivament. Tali biċċiet u vireg, li jaqgħu taħt il-metalli inkwistjoni mhux maħdumin u mhux taħt oġġetti minn metalli ta' valur baxx, ma jistgħux jiġu pproċessati, permezz ta' tkissir jew tfarrik, fi fdal li jaqa' taħt is-subintestaturi 8101 91 90 u 8102 91 90, rispettivament, tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy