22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Fővárosi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — proċeduri kriminali mibdija minn Győrgy Katz vs István Roland Sós
(Kawża C-404/07) (1)
(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2001/220/JAI - Pożizzjoni tal-vittmi fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali - Prosekuzzjoni privata li tissostitwixxi ruħha għall-prosekuzzjoni - Xhieda tal-vittma inkwantu xhud)
(2008/C 301/20)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Rikorrent: Győrgy Katz
Konventut: István Roland Sós
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU L 82, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi l-possibbiltà tal-vittma li tixhed fi proċedura kriminali mressqa minn din tal-aħħar bħala parte civile.
Dispożittiv
L-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, tal-15 ta' Marzu 2001, dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali mhijiex obbligata sabiex tawtorizza l-vittma ta' infrazzjoni sabiex tinstemgħa bħala xhud fil-kuntest ta' proċedura ta' prosekuzzjoni privata supplimentari bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali. Madankollu, fin-nuqqas ta' tali possibbiltà, il-vittma għandha titħalla tagħti xhieda li tista' tiġi kkunsidrata bħala prova.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy