20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-405/07 P) (1)
(Appell - Artikolu 95(5) KE - Direttiva 98/69/KE - Miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur - Dispożizzjoni nazzjonali derogatorja li tantiċipa t-tnaqqis tal-valur limitu Komunitarju għall-emissjonijiet ta' partiċelli prodotti minn ċerti vetturi ġodda b'magna diesel - Rifjut tal-Kummissjoni - Natura speċifika tal-problema - Obbligu ta' diliġenza u obbligu ta' motivazzjoni)
(2008/C 327/08)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentanti: D.J.M. de Grave u C.M. Wisels, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia, H. van Vliet u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Ġunju 2007, Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni (T-182/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/372/KE, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikat mir-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 95(5) KE u li jistabbilixxi limiti fuq l-emissjoni ta' partiċelli minn vetturi b'magna diesel (ĠU 2006 L 141, p. 16 ).
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' Ġunju 2007, Ir-Renju tal-Olanda vs Il-Kummissjoni (T-182/06), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni 2006/372/KE tal-Kummissjoni, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar abbozz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikat mir-Renju tal-Olanda skont l-Artikolu 95(5) KE u li jistabbilixxi limiti fuq l-emissjoni ta' partiċelli minn vetturi b'magna diesel, hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy