7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-407/07) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13A(1)(f) - Eżenzjonijiet - Kundizzjonijiet - Provvisti ta' servizzi mwettqa minn gruppi awtonomi - Servizzi pprovduti lil membru jew diversi membri tal-grupp)
(2009/C 32/13)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminarja — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13.A.(1)(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Servizzi pprovduti minn gruppi awtonomi sabiex jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta' attività eżenti mit-taxxa.
Dispożittiv
L-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima għandu jiġi interpretat fis-sens li, sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra previsti minn din id-dispożizzjoni huma sodisfatti, is-servizzi pprovduti lill-membri tagħhom minn dawn il-gruppi awtonomi jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjoni anki jekk dawn is-servizzi huma pprovduti lil wieħed jew xi wħud mill-imsemmija membri.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy