22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag, l-Olanda) — X.B.V. vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-411/07) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8541, 8542 u 8543 - Optocouplers)
(2008/C 301/21)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X.B.V.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta' Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1) — Ċirkuwitu ottiku elettriku, li jagħmel parti integrali minn magna, magħluq ġo kaxxa tal-plastik tal-plastik u li jinkludi diode li jixħet id-dawl (light emitting diode jew LED), film tal-plastik, fotoditekter u ċirkuwitu li jamplifika, u li huwa intiż sabiex jiġi inkorporat fi strumenti ta' telekomunikazzjoni, f'kompjuters, fi prodotti elettroniċi għal użu komuni u f'magni li jintużaw fl-industrija — Intestaturi 8541, 8542 u 8543 tan-NM
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta' Awwissu 2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li optocoupler, indipendentament mill-kwistjoni jekk fihx ċirkuwitu li jamplifika jew le, jaqa' fl-intestatura 8541.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy