20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — L-Italja) — Lodato Gennaro & C. SpA vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI
(Kawża C-415/07) (1)
(Għajnuna mill-Istat għax-xogħol - Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol - Linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali - Regolament (KE) Nru 2204/2002 - Kunċett ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” - Kalkolu tat-tkabbir fin-numru ta’ impiegi)
2009/C 141/15
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Nocera Inferiore
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lodato Gennaro & C. SpA
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2002, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, p. 3) — Verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tinkiseb għajnuna — Verifika taż-żieda fin-numru ta’ postijiet tax-xogħol — Metodu ta’ kalkolu
Dispożittiv
Il-Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-verifika dwar jekk kienx hemm żieda fin-numru ta’ impjiegi, fis-sens li għandu jsir paragun bejn in-numru medju ta’ ħaddiema annwali tas-sena preċedenti għal meta ġew impjegati l-ħaddiema l-ġodda man-numru medju ta’ ħaddiema annwali tas-sena wara li ġew impjegati l-ħaddiema l-ġodda.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy