7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-416/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 91/628/KEE u 93/119/KE - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u fil-ħin tat-tbiċċir jew tal-qtil tagħhom - Ksur strutturat u ġeneralizzat tar-regoli Komunitarji”)
2009/C 267/17
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Erlbacher, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Charitaki, S. Papaïoannou u E.-M. Mamouna, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 5, 8, 9 u 18(2) tad-Direttiva 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, p. 17) — Ksur tal-Artikoli 5(4), 6(1), 13(3) u (4), 15(1), 25, 26 u 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU 2005 L 3, p. 1) — Ksur tal-Artikoli 3, 5(1), 6(1) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil (ĠU L 340, p. 21)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji:
—
sabiex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli obbligatorji tal-pjanti tar-rotta;
—
sabiex tipprovdi installazzjonijiet fil-portijiet għall-bastimenti tat-trasport jew fil-viċinanza tagħhom fejn l-annimali jistgħu jistrieħu wara li jinħattu minn fuq il-vapuri;
—
sabiex effettivament isiru spezzjonijiet tal-mezzi ta’ trasport u tal-annimali;
—
sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-isturdament tal-annimali fil-mument tal-qtil tagħhom, u
—
sabiex l-ispezzjoni u l-kontroll tal-biċċeriji jsiru b’mod xieraq,
ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5A(2)(d)(i) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003, tal-14 ta’ April 2003, u skont il-punt 48(7)(b) tal-Kapitolu VII tal-Anness tal-istess Direttiva, kif emendata mir-Regolament Nru 806/2003, kif ukoll skont l-Artikoli 3, 5(1)(d), 6(1) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati żewġ terzi mill-ispejjeż. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati terz mill-ispejjeż.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy