9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) ta' l-1 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-417/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/36/KE - Sigurtà ta'l-ajruplani tal-pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità - Non-traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 116/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: R. Vidal Puig, aġent)
Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/36/KE, tal-21 ta' April 2004, dwar is-sigurta ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (ĠU L 143, p. 76)
Dispożittiv
1)
Peress li ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/36/KE, tal-21 ta' April 2004, dwar is-sigurta ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 247, 20.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy