24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-27 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État — Franza) — Société Papillon vs Ministère du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique
(Kawża C-418/07) (1)
(Libertà ta' stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq il-kumpanniji - Sistema ta' tassazzjoni ta' grupp ta' kumpanniji - Kumpannija parent residenti - Sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja residenti miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja mhux residenti)
(2009/C 19/13)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Papillon
Konvenut: Ministère du Budget, des Comptes publics et de la Fonction publique
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 48 KE — Restrizzjoni għal-libertà ta' stabbiliment u ġustifikazzjoni eventwali ta' sistema fiskali li tiddistingwi bejn jekk is-sussidjarja ta' kumpannija sussidjarja (Franċiża) ta' kumpannija parent (ukoll stabbilita fi Franza) hijiex miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja stabbilita f'dan l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor u mhux suġġetta għat-taxxa Franċiża fuq il-kumpanniji — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-koerenza tas-sistema fiskali
Dispożittiv
L-Artikolu 52 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 43 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Memrbu li permezz tagħha sistema ta' tassazzjoni ta' grupp hija mogħtija lil kumpannija parent residenti f'dan l-Istat Membru li tipposjedi kumpanniji sussidjarji u sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja wkoll residenti fl-imsemmi Stat Membru, iżda hija eskluża għal tali kumpannija parent jekk is-sussidjarji ta' kumpannija sussidjarja residenti tagħha huma miżmuma permezz ta' kumpannija sussidjarja residenti fi Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy