19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-423/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/37/KEE - Artikoli 3 u 11 - Konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi - Obbligi fil-qasam tar-reklamar - Portata tal-obbligi - Avviż ta’ kuntratt - Deskrizzjoni tas-suġġett tal-konċessjoni u tal-lokalità tax-xogħlijiet - Xogħlijiet supplimentari mhux espliċitament previsti fl-avviż ta’ kuntratt u fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2010/C 161/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, M. Konstantinidis, S. Pardo Quintillán u M. Canal Fontcuberta, avukat)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3 u 11(3), (6), (7), (11) u (12) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163) — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni — Xogħlijiet mhux suġġetti għal konċessjoni — Għażla wara l-mument tal-għoti tal-konċessjoni.
Dispożittiv
(1)
Minħabba l-allokazzjoni lil Ibérica de Autopistas SA, fil-5 ta’ Novembru 1999 ta’
—
kostruzzjoni tat-tielet korsija ta’ ċirkulazzjoni f’kull direzzjoni fuq il-parti tal-medda bi ħlas tal-awtostrada A-6 li tinsab bejn Villalba u l-junction Valle de los Caídos,
—
kostruzzjoni tat-tielet korsija reversibbli fuq il-parti tal-medda bi ħlas tal-awtostrada A-6 bejn il-junction Valle de los Caídos u l-belt ta’ San Rafael, inkluż ukoll il-kostruzzjoni ta’ mina ġdida, u
—
kostruzzjoni tar-raba’ korsija ta’ ċirkulazzjoni f’kull direzzjoni fuq il-medda mingħajr ħlas tal-awtostrada A-6 bejn Madrid u Villalba,
mingħajr ma dawn ix-xogħlijiet kienu msemmija fis-suġġett tal-kuntratt ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet pubbliċi, kif deskritt fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 3(1) kif ukoll 11(3) u (6) tad-Direttiva 93/37, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] moqrija flimkien mal-Anness V tagħha.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C297, 08.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy