20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2009 — AEPI Elliniki Etireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej
(Kawża C-425/07 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Ċħid ta’ lment min-naħa tal-Kummissjoni - Disfunzjonijiet kunsiderevoli fis-suq komuni - Nuqqas ta’ interess Komunitarju)
2009/C 141/17
Lingwa tal-proċedura: Il-Grieg
Partijiet
Appellanti: AEPI Elliniki Etireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (rappreżentant: T. Asprogerakas Grivas, dikigoros)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u T. Christoforou, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007, AEPI vs Il-Kummissjoni (T-229/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza tiċħad bħala mhux fondat rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ April 2005, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti dwar l-allegat ksur tal-Artikoli 81 u/jew 82 tat-Trattat KE mill-korpi ta’ tmexxija kollettiva tad-drittijiet relatati ERATO, APOLLON u GRAMMO li applikaw tariffi mhux raġonevoli għall-ħlas tad-drittijiet relatati tal-kantanti, mużiċisti u produtturi diskografiċi minn naħa tal-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy