12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court) — l-Ingilterra) — Mark Horvath vs Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs)
(Kawża C-428/07) (1)
(“Politika agrikola komuni - Skemi diretti ta’ appoġġ - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 5 u Anness IV - Rekwiżiti minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba - Manutenzjoni ta’ mogħdijiet li fir-rigward tagħhom hemm servitujiet ta’ jedd ta’ mogħdija - Implementazzjoni minn Stat Membru - Trasferiment ta’ kompetenzi lill-awtoritajiet reġjonali ta’ Stat Membru - Diskriminazzjoni li tmur kontra d-dritt Komunitarju”)
2009/C 220/05
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mark Horvath
Konvenut: Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 u tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU L 270, p. 1) — Kriterji tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ddefiniti mill-Artikolu 5 u mill-Anness IV tar-Regolament — Possibbiltà li jiġu inklużi rekwiżiti dwar il-manutenzjoni ta’ servitujiet ta’ jedd pubbliku ta’ mogħdija viżibbli — Sistema interna ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-awtoritajiet reġjonali għandhom kompetenza leġiżlattiva għall-partijiet differenti li jikkostitwixxu dan l-Istat Membru bil-konsegwenza li l-partijiet differenti jkollhom standards differenti fil-qasam tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba
Dispożittiv
1)
Stat Membru jista’ jinkludi, fost l-istandards tal-kundizzjoni agrikola ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 5 u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, rekwiżiti dwar il-manutenzjoni tal-mogħdijiet viżibbli li fir-rigward tagħhom hemm servitujiet ta’ jedd pubbliku ta’ mogħdija, sakemm l-imsemmija rekwiżiti jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ dawn il-mogħdijiet bħala karatteristiċi tal-pajsaġġ jew, jekk ikun il-każ, sabiex jiġi evitat it-taħsir tal-ambjenti naturali
2)
Meta s-sistema kostituzzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li l-awtoritajiet reġjonali għandhom kompetenza leġiżlattiva, l-adozzjoni biss, mill-imsemmija awtoritajiet, ta’ standards differenti dwar il-kundizzjoni agrikola ambjentali tajba skont l-Artikolu 5 u l-Anness IV tar-Regolament Nru 1782/2003 ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni kuntrarja għad-dritt Komunitarju.
(1) ĠU C 297, 08.12.2007
Full & Egal Universal Law Academy