1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Gerechtshof te Amsterdam — L-Olanda) — Inspecteur van de Belastingdienst vs X BV
(Kawża C-429/07) (1)
(Politika ta’ kompetizzjoni - Artikoli 81 KE u 82 KE - Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Osservazzjonijiet bil-miktub sottomessi mill-Kummissjoni - Kawża nazzjonali dwar il-possibbiltà ta’ tnaqqis fiskali ta’ multa imposta minn deċiżjoni tal-Kummissjoni)
2009/C 180/08
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Inspecteur van de Belastingdienst
Konvenuta: X BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te Amsterdam — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p 1) — Sottomissjoni, mill-Kummissjoni, ta’ osservazzjonijiet bil-miktub fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali dwar il-possibbiltà ta’ tnaqqis fiskali ta’ multa imposta mill-Kummissjoni
Dispożittiv
It-tielet sentenza tal-ewwel subparagrfu tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tippermetti lill-Kummissjoni tal-Kumunitajiet Ewropej li tissottometti, ex officio, osservazzjonijiet bil-miktub lil qorti ta’ Stat Membru f’kawża dwar il-possibbiltà ta’ tnaqqis mill-profitt taxxabbli tal-ammont kollu jew parti minnu ta’ multa imposta mill-Kummissjoni għall-ksur tal-Artikolu 81 KE jew 82 KE.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007
Full & Egal Universal Law Academy