10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Efrosnyi Alexiadou
(Kawża C-436/07 P) (1)
(Appell - Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli - Rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem - Interessi)
(2009/C 6/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent]
Appellat: Efrosnyi Alexiadou [rappreżentanti: Ch. Matellas u E. Alexiadou, dikigoros]
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura s-somma mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' kuntratt li jikkonċerna proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta' ġilda impermeabbli (kuntratt G1ST-CT-2002-50227)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Lulju 2007, Il-Kummissjoni vs Alexiadou (T-312/05), hija annullata.
2)
Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy