10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-437/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Ippjanar u twettiq ta' linja tat-tramm - Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet - Għoti permezz ta' proċedura intiża għall-għoti ta' kuntratt ta' xogħlijiet pubbliċi - Ksur tad-Direttiva 93/37)
(2009/C 6/13)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u D. Kukovec, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia u G. Fiengo, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 49 KE u tal-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 199, p. 54) — Ksur tal-prinċipji ta' trasparenza u ta' non-diskriminazzjoni — Xogħlijiet pubbliċi mwettqin permezz ta' “finanzjament ta' proġett”
Dispożittiv
1)
Peress li l-komun ta' L'Aquila ta kuntratt pubbliku għal xogħlijiet dwar l-ippjanar u t-twettiq ta' linja tat-tramm fuq tajers għat-trasport pubbliku f'din il-belt permezz ta' proċedura li mhix dik prevista għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet bid-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 8.12.2008.
Full & Egal Universal Law Academy