21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Patent- und Markensenat — L-Awstrija) — Verein Radetzky-Orden vs Bundesvereinigung Kameradschaft “Feldmarschall Radetzky”
(Kawża C-442/07) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 12 - Revokazzjoni - Sinjali rreġistrati minn assoċjazzjoni li ma tagħmilx profitt - Kunċett ta' “użu ġenwin’ ta' trade mark - Attivitajiet karitattevoli)
(2009/C 44/28)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Patent- und Markensenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verein Radetzky-Orden
Konvenuta: Bundesvereinigung Kameradschaft “Feldmarschall Radetzky”
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Patent-und Markensenat — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Trade marks użati fuq il-karti ta' kummerċ, karti għall-ittri, fuq il-medja ta' reklamar u taħt il-forma ta' beġġ minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ fil-kuntest tal-attività tagħha intiża għall-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet militari kif ukoll għall-ġabra u distribuzzjoni ta' kontribuzzjonijiet — Il-kwalifika ta' dan l-użu ta' “użu serju” jista' jwassal għaż-żamma tad-drittijiet konnessi mat-trade mark?
Dispożittiv
L-Artikolu 12(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li trade mark tintuża ġenwinament meta assoċjazzjoni li ma tagħmilx profitt tużaha, fir-relazzjoni tagħha mal-pubbliku biex tħabbar avvenimenti, fuq karti użati fil-kummerċ kif ukoll fuq il-materjal ta' reklamar tagħha u meta l-membri tagħha juruha fuq l-emblemi li huma jilbsu matul il-ġbir u d-distribuzzjoni tad-donazzjonijiet.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy