7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ente per le Ville Vesuviane (C-445/07 P), Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-455/07 P)
(Kawża C-445/07 P u C-455/07 P) (1)
(Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Titjib tal-infrastrutturi għal finijiet ta’ żvilupp tal-attività turistika fir-Reġjun ta’ Campania (l-Italja) - Waqfien tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Entità reġjonali jew lokali - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lil din l-entità)
2009/C 267/18
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. Dal Ferro, avvocato) (C-445/07 P), Ente per le Ville Vesuviane (rappreżentant: E. Soprano, avvocato) (C-455/07 P)
Appellati: Ente per le Ville Vesuviane (rappreżentant: E. Soprano, avvocato) (C-455/07), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. Dal Ferro, avvocato) (C-445/07 P)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007, Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni (T-189/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2002)810111, tat-13 ta’ Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali f’Campania (l-Italja) fir-rigward ta’ sistema integrata ta’ żvilupp għal finijiet turistiċi ta’ tliet vilel Vesuvjani (ERDF Nru 86/05/04/054)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta’ Lulju 2007, Ente per le Ville vesuviane vs Il-Kummissjoni (T-189/02), hija annullata sa fejn din tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat minn Ente per le Ville Vesuviane għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2002) 810111, tat-13 ta’ Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali f’Campania (l-Italja) fir-rigward ta’ sistema integrata ta’ żvilupp għal finijiet turistiċi ta’ tliet vilel Vesuvjani.
2)
Ir-rikors ta’ Ente per le Ville Vesuviane għall-annullament tal-imsemmija deċiżjoni huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tal-appell ippreżentat minn Ente per le Ville Vesuviane.
4)
Ente per le Ville Vesuviane hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din l-istanza kif ukoll għal dawk marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 297, 08.12.2007
Full & Egal Universal Law Academy