8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-447/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 39 KE - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Kaptani u uffiċjali (sekond uffiċjal) fuq vapuri - Attribuzzjoni ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika fuq il-vapur - Rekwiżit tan-nazzjonalità tal-Istat Membru għall-vapuri rreġistrati taħt il-bandiera tiegħu)
(2008/C 285/16)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u L. Pignataro-Nolin, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 39 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-impjiegi ta' kaptan u ta' sekond uffiċjal fuq il-bastimenti kollha rreġistrati taħt il-bandiera ta' dan l-Istat għaċ-ċittadini tiegħu
Dispożittiv
1)
Billi fil-leġiżlazzjoni tagħha żammet ir-rekwiżit tan-nazzjonalità Taljana għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta' kaptan u ta' uffiċjal (sekond uffiċjal) għall-vapuri kollha rreġistrati taħt il-bandiera Taljana, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39 KE.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy