7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-457/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Prodotti għall-bini - Proċedura nazzjonali ta’ approvazzjoni - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċertifikati ta’ konformità maħruġa fi Stati Membri oħra - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 228 KE - Suġġett tal-kawża - Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża - Tkabbir sussegwenti - Inammissibbiltà)
2009/C 267/20
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, N. Ruiz u C. Farinhas, advogados)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 228 KE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Novembru 2005 fil-Kawża C-432/03 — Talba sabiex jiġu stabbiliti pagamenti ta’ penalità
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 08.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy