16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Portugall
(Kawża C-458/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Telekomunikazzjonijiet - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali - Obbligu li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju komprensivi)
2009/C 113/15
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Portugall (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, L. Morais, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p.51) — Nuqqas ta’ inklużjoni fid-direttorju universali ta’ ċerti abbonati
Dispożittiv
1)
Peress li, fil-prattika, naqset milli tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali kollha għall-inqas direttorju komprensiv u għall-inqas servizz ta’ konsultazzjoni tad-direttorju komprensiv, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 (1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), ir-Repubblika tal-Portugall naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Portugall hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy