20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz
(Kawża C-459/07) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 202 u punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 - Meta jiġi inkors dejn doganali - Introduzzjoni kontra l-liġi ta’ merkanzija - Qbid bil-konfiska - Estinzjoni tad-dejn doganali - Mument li fih għandu jseħħ il-qbid)
2009/C 141/19
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Veli Elshani
Konvenut: Hauptzollamt Linz
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle, Graz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 202 u l-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità — Estinzjoni ta’ dejn doganali marbut mal-qbid ta’ merkanzija matul l-introduzzjoni kontra l-liġi tagħha — Qbid ta’ merkanzija fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni — Tneħħija ta’ merkanzija — Mument tal-estinzjoni tad-dejn.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 202 u l-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex iġib miegħu l-estinzjoni tad-dejn doganali, il-qbid ta’ merkanzija introdotta kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Komunità Ewropea għandu jseħħ qabel ma l-imsemmija merkanzija tgħaddi l-ewwel uffiċċju doganali li jinsab ġewwa dan it-territorju.
2)
Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.
(1) ĠU C 297, 08.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy