4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Polonja
(Kawża C-475/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21(5) - Mument li fih tkun dovuta t-taxxa)
(2009/C 82/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: T. Kozek, M. Dowgielewicz, M. Jarosz, u A. Rutkowska, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, p. 51) — Mument li fih tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku.
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tikkonforma, fl-1 ta' Jannar 2006, is-sistema tagħha ta' tassazzjoni tal-elettriku, fir-rigward ta' meta tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku, mar-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE tad-29 ta' April 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy