1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-479/07) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 809/2007 - Definizzjoni tal-kunċett ta’ “għeżul tal-mitlaq” - Għażel tat-tunnara - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni)
2009/C 102/09
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. De Gregorio Merino, M.-M. Joséphidès u E. Chaboureau, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Nolin, M. van Heezik u M. T. van Rijn, aġenti)
Suġġett
Rikors għal annullament – L-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 809/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ drift nets (għeżul tal-mitlaq) (ĠU L 182, p.1) – Kunċett ta’ “għeżul tal-mitlaq” – Inklużjoni f’dan il-kunċett ta’ parit, bħat-tunnara – Interpretazzjoni żbaljata tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy