21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-480/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/59/KE - Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija - Nuqqas li jiżviluppa, jimplementa u japprova pjanijiet għall- akkoljenza u tqandil tal-iskart għall-portijiet kollha)
(2009/C 44/30)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81) — Nuqqas milli jistabbilixxi u/jew jimplementa pjanijiet għall-akkoljenza u tqandil tal-iskart għall-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-“Comunidades Autónomas”
Dispożittiv
1)
Billi naqas milli jiżviluppa, jimplementa jew japprova, għall-portijiet Spanjoli kollha, pjanijiet għall-akkoljenza u tqandil tal-iskart, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 315, 22.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy