12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-481/07 P) (1)
(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol - Dannu reali u ċert)
2009/C 220/07
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: SELEX Sistemi Integrati SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciandone u A. Neri, avukati)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Awwissu 2007, SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni (T-186/05) li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata fil-liġi t-talba għall-ħlas ta’ kumpens għal danni allegatament subiti mill-appellanti b’riżultat tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2004, li tiċħad l-ilment tal-appellanti fir-rigward ta’ allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-kompetizzjoni
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
SELEX Sistemi Integrati SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 09.02.2008.
Full & Egal Universal Law Academy