24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank te ’s-Gravenhage — l-Olanda) — AHP Manufacturing BV vs Bureau voor de Industriële Eigendom
(Kawża C-482/07) (1)
(Dritt ta’ privattiva - Prodotti farmaċewtiċi - Regolamenti (KEE) Nru 1768/92 u (KE) Nru 1610/96 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ ċertifikati lil żewġ detenturi jew iktar ta’ privattivi bażiċi għall-istess prodott - Preċiżjoni rigward l-eżistenza ta’ applikazzjonijiet pendenti)
2009/C 256/05
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank te ’s-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AHP Manufacturing BV
Konvenut: Bureau voor de Industriële Eigendom
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank te ’s-Gravenhage — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1)(ċ), 7(1), (2), (9) u (13) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, p. 1) u tal-Premessa 17 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1610/96, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 198, p. 30) — L-għoti ta’ ċertifikat lil detentur ta’ privattiva bażika dwar prodott, li fid-data tad-depożitu tat-talba għaċ-ċertifikat, kien oġġett ta’ ċertifikat wieħed jew diversi mogħtija lil detentur jew detenturi ta’ privattivi bażiċi oħra
Dispożittiv
L-Artikolu 3(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1768/92 tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, ikkunsidrat fid-dawl tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jkun interpretat fis-sens li ma jostakolax l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari lil detentur ta’ privattiva bażika għal prodott li għalih, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, jew diversi ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari kienu diġà ngħataw lil detentur wieħed jew diversi ta’ privattiva bażika waħda jew diversi
(1) ĠU C 8, 12.01.2008
Full & Egal Universal Law Academy