16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen vs H. Akdas, H. Agartan, Z. Akbulut, M. Bas, K. Yüzügüllüer, E. Keskin, C. Topaloglu, A. Cubuk, S. Sariisik
(Kawża C-485/07) (1)
(Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti - Revoka tal-klawżoli ta’ residenza - Portata - Suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità mogħti mill-Istat Membru ospitanti sabiex jiġi żgurat il-livell minimu vitali għall-benefiċjarji - Emenda fil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Tneħħija tal-imsemmi suppliment fil-każ li l-benefiċjarju jkun residenti f’territorju li ma huwiex dak tal-Istat Membru kkonċernat)
2011/C 211/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Konvenuti: H. Akdas, H. Agartan, Z. Akbulut, M. Bas, K. Yüzügüllüer, E. Keskin, C. Topaloglu, A. Cubuk, S. Sariisik
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Centrale Raad van Beroep — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Adizzjonali għall-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 43) u tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983 C 110, p. 60) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ benefiċċji supplimentari flimkien mal-benefiċċji mogħtija bis-saħħa tal-assigurazzjoni għall-inkapaċità għax-xogħol sabiex jintlaħaq il-livell minimu soċjali — Limitazzjonijiet fil-każ ta’ residenza barra l-Pajjiżi l-Baxxi — Irtirar b’ħeffa differenti skont ir-residenza u n-nazzjonalità
Dispożittiv
(1)
Is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa għandu effett dirett, b’mod li ċ-ċittadini Torok li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni għandhom id-dritt li jużawha direttament quddiem il-qrati tal-Istati Membri sabiex ma jiġux applikati r-regoli tad-dritt nazzjonali li jiksru din id-dispożizzjoni.
(2)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4 tal-liġi dwar is-supplimenti (Toeslagenwet) tas-6 ta’ Novembru 1986, tneħħi l-għoti ta’ benefiċċju bħalma huwa s-suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità, mogħti abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward ta’ ex ħaddiema migranti Torok ladarba dawn jirritornaw lura lejn it-Turkija wara li jkunu tilfu d-dritt ta’ soġġorn tagħhom fl-Istat Membru ospitanti minħabba l-fatt li huma kienu ntlaqtu minn invalidità f’dan l-Istat Membru.
(3)
L-Artikolu 9 tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 22, 26.01.2008
Full & Egal Universal Law Academy