7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione) — Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA) vs Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl
(Kawża C-486/07) (1)
(Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ċereali - Qamħirrum - Iffissar tal-prezz - Tnaqqis applikabbli)
(2009/C 32/14)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)
Konvenut: Consorzio Agrario di Ravenna Soc. Coop. arl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (ĠU L 181, p. 21), tal-Artikolu 4A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 689/1992 tad-19 ta' Marzu 1992 li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid taċ-ċereali mill-aġenziji ta' intervent (ĠU L 74, p. 18) u tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f'idejn l-aġenziji ta' intervent (ĠU L 191, p. 76) — Tnaqqis applikabbli minħabba grad ta' umdità għola minn dak previst għall-kwalità standard — Applikabbiltà għall-bejgħ ta' qamħirrum.
Dispożittiv
Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f'idejn l-aġenziji ta' intervent, flimkien mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 4(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 689/1992 tad-19 ta' Marzu 1992 li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid taċ-ċereali mill-aġenziji ta' intervent, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2486/1992 tas-27 ta' Awwissu 1992 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta' bejgħ permezz ta' sejħa għall-offerti ta' qamħirrun li qiegħed għand l-aġenziji ta' intervent nazzjonali, it-tnaqqis tal-prezz skont ir-rata ta' umdità, prevista għall-qamħ durum fit-tabella II tal-Anness II tar-Regolament Nru 689/92, kif emendat permezz tar-Regolament Nru 2486/92, ma tapplikax.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy