1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — L’Oréal SA, Lancôme parfums et beauté & Cie SNC, Laboratoire Garnier & Cie vs Bellure NV, Malaika Investments Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali “Honey pot cosmetic & Perfumery Sales”), Starion International Ltd
(Kawża C-487/07) (1)
(Direttiva 89/104/KEE - Trade marks - Artikolu 5(1) u (2) - Użu f’reklamar komparattiv - Dritt li jkun hemm projbizzjoni ta’ dan l-użu - Vantaġġ inġust meħud mir-reputazzjoni - Dannu għall-funzjonijiet tat-trade mark - Direttiva 84/450/KEE - Reklamar komparattiv - Artikoli 3a(1)(ġ) u (h) - Kundizzjonijiet ta’ legalità tal-paragun fir-reklamar - Vantaġġ inġust meħud mir-reputazzjoni li għandha trade mark - Preżentazzjoni ta’ prodott bħala imitazzjoni jew riproduzzjoni)
2009/C 180/09
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L’Oréal SA, Lancôme parfums et beauté & Cie SNC, Laboratoire Garnier & Cie
Konvenuti: Bellure NV, Malaika Investments Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali “Honey pot cosmetic & Perfumery Sales”), Starion International Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal, Civil Division — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/104/KEE: L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) u tal-Artikolu 3a(1)(ġ) u (h) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU L 250, p. 17), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/55/KE, tas-6 ta’ Ottubru 1997 (ĠU L 290, p.18) — Użu minn kummerċjant, f’messaġġ ta’ reklamar għall-prodotti jew servizzi tiegħu, ta’ trade mark ta’ kompetitur sabiex jiġu pparagunati l-karatteristiċi, u b’mod partikolari r-riħa, tal-prodotti mqiegħda fis-suq mill-kompetitur
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 5(2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ kisba ta’ vantaġġ inġust miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, la tippresupponi l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni u lanqas ta’ riskju ta’ dannu kkawżat lil dan il-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni, jew, b’mod iktar ġenerali, lill-proprjetaru tagħha. Il-vantaġġ li jirriżulta mill-użu minn terz ta’ sinjal simili għal trade mark magħrufa huwa inġustament miksub minn dan it-terz mill-imsemmi karattru distintiv jew mir-reputazzjoni meta b’dan l-użu, huwa jipprova japprofitta minn fuq dahar din it-trade mark magħrufa sabiex jibbenefika mis-setgħa ta’ attrazzjoni tagħha, mir-reputazzjoni u mill-prestiġju tagħha, kif ukoll sabiex juża, mingħajr ebda kumpens finanzjarju, l-isforz kummerċjali magħmul mill-proprjetarju tat-trade mark sabiex joħloq u jżomm l-immaġni tagħha.
2)
L-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata jista’ jipprojbixxi l-użu minn terz, f’reklamar komparattiv li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ legalità kollha stabbiliti fl-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi, kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997, ta’ sinjal identiku għal din it-trade mark għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata l-imsemmija trade mark, anki jekk dan l-użu ma jkunx jista’ jippreġudika l-funzjoni essenzjali tat-trade mark, li hija l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti jew servizzi, bil-kundizzjoni li l-imsemmi użu jippreġudika jew ikun jista’ jippreġudika lil waħda mill-funzjonijiet l-oħra tat-trade mark.
3)
L-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 84/450, kif emendata bid-Direttiva 97/55, għandu jiġi interpretat fis-sens li, persuna li tirreklama, li ssemmi b’mod espliċitu jew impliċitu, f’reklamar komparattiv, li l-prodott li tikkummerċjalizza jikkostitwixxi imitazzjoni ta’ prodott li għandu trade mark magħrufa sew tkun qed tippreżenta “oġġett[i] jew servizz[i] bħala imitazzjoni[jiet] jew replika” fis-sens tal-Artikolu 3a(1)(h). Il-vantaġġ miksub minn min jirreklama permezz ta’ tali reklamar komparattiv illegali għandu jiġi kkunsidrat bħala “vantaġġ inġust” miksub mir-reputazzjoni marbuta ma’ din it-trade mark fis-sens tal-imsemmi Artikolu 3a(1)(ġ).
(1) ĠU C 8, 12.1.2008
Full & Egal Universal Law Academy