24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Lahr — il-Ġermanja) — Pia Messner vs Firma Stefan Krüger
(Kawża C-489/07) (1)
(Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti li jsiru mill-bogħod - Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-konsumatur - Kumpens għall-użu li għandu jitħallas lill-bejjiegħ)
2009/C 256/06
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Lahr
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pia Messner
Konvenuta: Firma Stefan Krüger
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Lahr — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi inrigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU L 144, p. 19) — Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-konsumatur — Kumpens għall-użu li għandu jitħallas lill-bejjiegħ
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi inrigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi b’mod ġenerali għall-possibbiltà li l-bejjiegħ jitlob mingħand il-konsumatur kumpens għall-użu ta’ oġġett akkwistat permezz ta’ kuntratt mill-bogħod fil-każ li l-konsumatur ikun eżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu fit-termini previsti.
Madankollu, dawn l-istess dispożizzjonijiet ma jipprekludux li l-konsumatur ikun obbligat iħallas kumpens għall-użu ta’ dan l-oġġett fis-sitwazzjoni fejn dan ikun uża l-imsemmi oġġett b’mod inkompatibbli mal-prinċipji tad-dritt ċivili, bħall-bona fide jew l-arrikkiment indebitu, bil-kundizzjoni iżda li ma jkunux ippreġudikati l-għan ta’ din id-direttiva u, b’mod partikolari, l-effikaċità u l-effettività tad-dritt ta’ rtirar, ħaġa din li għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 22, 26.01.2008.
Full & Egal Universal Law Academy