21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht für Strafsachen Wien — L-Awstrija) — Proċeduri kriminali kontra Vladimir Turansky
(Kawża C-491/07) (1)
(Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta' ne bis in idem - Kamp ta' applikazzjoni - Kunċett ta' “inqata' b'mod finali’ - Deċiżjoni li biha awtorità tal-pulizija tordna s-sospensjoni ta' proċeduri kriminali - Deċiżjoni li ma ġġibx magħha l-estinzjoni tal-azzjoni kriminali u li m'għandhiex effett ta' ne bis in idem skont id-dritt nazzjonali)
(2009/C 44/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht für Strafsachen Wien
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Vladimir Turansky
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht für Strafsachen Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU 2000, L 239, p. 19) — Interpretazzjoni tal-prinċipju “ne bis in idem” — Kamp ta' applikazzjoni — Deċiżjoni li permezz tagħha awtorità tal-pulizija ttemm definittivament il-proċeduri kriminali
Dispożittiv
Il-prinċipju ta' ne bis in idem stabbilit fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen (il-Lussemburgu) fid-19 ta' Ġunju 1990, ma japplikax għal deċiżjoni li permezz tagħha awtorità ta' Stat kontraenti, wara eżami fil-mertu tal-każ imressaq quddiemha, tordna, fi stadju preċedenti għall-inkriminazzjoni ta' persuna ssuspettata li kkommettiet reat, is-sospensjoni tal-proċeduri kriminali, meta din id-deċiżjoni ta' sospensjoni, skont id-dritt nazzjonali ta' dan l-Istat, ma ġġibx magħha l-estinzjoni definittiva tal-azzjoni kriminali u għalhekk ma tikkostitwixxix ostakolu għal proċeduri kriminali ġodda, fir-rigward tal-istess fatti, f'dan l-Istat.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy