13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-493/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jtwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 26(3) - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 236/06)
Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u J. Javorský, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fi-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 26(3) tal-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU L 108, p. 51)
Dispożittiv
1)
Billi ma assiguratx li l-impriżi li jużaw networks pubbliċi tat-telefon jipprovdu, safejn dan huwa teknikament possibbli, għas-sejħiet lin-numru uniku Ewropew għal sejħa ta' emerġenza “112”, l-informazzjoni relatata mal-lokalizzazzjoni tal-persuna li qed iċċempel lill-awtoritajiet li jintervjenu f'każ ta' urġenza, ir-Repubblika Slovakka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”).
2)
Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 315, 22.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy