7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Patent- und Markensenat) — Silberquelle GmbH vs Maselli Strickmode GmbH
(Kawża C-495/07) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikoli 10 u 12 - Revoka - Kunċett ta' “użu ġenwin’ ta' trade mark - Tqegħid tat-trade mark fuq oġġetti ta' reklamar - Distribuzzjoni b'offerta ta' dawn l-oġġetti lil min jixtri l-prodotti tal-proprjetarju tat-trade mark)
(2009/C 55/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Patent- und Markensenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Silberquelle GmbH
Konvenuta: Maselli Strickmode GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Patent- und Markensenat — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(1) u 12(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Dekadenza tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark — Kunċett ta' użu ġenwin tat-trade mark — Merkanzija (xorb mhux alkolħoliku) li, inkwantu rigal, tiġi mal-bejgħ ta' merkanzija oħra (drapp)
Dispożittiv
L-Artikoli 10(1) u 12(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-proprjetarju ta' trade mark iqiegħed din it-trade mark fuq oġġetti li joffri b'xejn lil min jixtri l-prodotti tiegħu, huwa ma jagħmilx użu ġenwin ta' din it-trade mark għall-klassi li taħtha jaqgħu dawn l-oġġetti.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy